F’Ottubru li ġej se jkollna l-ewwel avukat tal-stat, f’mitt sena.
Dan wara li l-Erbgħa filgħaxija l-Parlament approva l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Avukat tal-Istat.
Din il-kariga se tkun responsabbli u tieħu f’idejha l-kamp ċivili.
L-Avukat tal-Istat se jkun il-konsulent ewlieni tal-Gvern f’materja ta’ liġi u ta’ opinjoni legali. Bl-obbligu ikun li jaġixxi fl-interess pubbliku u li jissalvagwardja l-legalità tal-agir tal-Istat.
Il-Ministru għall-ġustizzja Owen Bonnici qal li issa se tinħareġ sejħa pubbliku għall-kariga ta’ Avukat tal-istat u se jitwaqqaf bord ta’ esperti li jagħzel minn se jokkupa din il-kariga.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan kollu qiegħed isir skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-kummissjoni venezja.
“Din hija kelma li aħna wettaqniha. Tajna kelma u aħna żammejna. L-pass li jmiss huwa jkun hemm sejħa pubbliku biex jintgħażel l-avukat tal-istat u jieħu ħsieb il-kap ċivili wara kwazi mitt sena. Se jinħatar bord ta’ esperti skond ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Venezja.”
L-abbozz żied il-poteri tal-Avukat Ġenerali, li issa se jiffoka biss fuq kwistjonijiet kriminali, fosthom li jiddeċiedi hu min għandu jitressaq il-Qorti f’kazijiet kriminali.
“Issa dan se jkollu aktar poteri l-avukat ġenerali li se jibqa’ Peter Grech, li ma jistax jitneħħa. Jista’ jordna lil pulizija jinvestigaw.”
Il-Ministru Owen Bonnici ddeskriva bħala tal-mistħija l-aġir tal-oppozizzjoni nazzjonlista li vvutat kontra l-abbozz ta’ liġi dwar l-avukat tal-stat.
“Hija tal-mistħija li l-oppozizzjoni tivvota kontra. Kellha 25 sena ċans u tipprova tippoża bħala paladdin tar-rule of law.”
B’dan il-mod il-Gvern wera biċ-ċar li verament iħares is-saltna tad-dritt f’pajjiżna, hekk kif b’mod immedjat beda jimplimenta rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Venezja, li kien il-gvern stess li talab biex tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha sabiex ikollna qasam ġudizzjarju ġust u trasparenti.