Marius Camilleri, raġel ta’ 57 sena minn Ħal Qormi, weħel sena u nofs ħabs wara li nstab ħati b’diversi akkużi relatati ma’ sewqan perikoluż u traskurat bi trakk kbir.
Il-każ jeħodna lura għal meta Camilleri deher fuq diversi filmati fuq il-midja soċjali jsuq b’mod perikoluż.
Din ma kenitx l-ewwel darba li Camilleri xellef difru mal-ġustizzja għaliex fil-passat ukoll deher quddiem il-qorti fuq akkużi relatati mas-sewqan, filfatt huwa kien akkużat ukoll li saq mingħajr liċenjza kif ukoll li ta dettalji ħżiena lill-pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech pprojbixiet lil Camilleri milli jsuq għal sentejn sħaħ wara li jservi s-sentenza fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin.