Sonia Mahouachi, mara tqila ta’ 24 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest filwaqt li s-sieħeb tagħha Tonio Borg ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar baqa’ jinżamm arrestat wara li t-tnejn li huma ġew akkużati b’diversi serqiet minn diversi ħwienet f’bosta lokalitajiet.
Il-koppja ġiet mixlija li bejn April u Lulju ta’ din is-sena serqu minn ħwienet tal-ħwejjeġ kif ukoll minn ħanut tal-għodda. Borg ġie mixli wkoll li seraq karozza minn San Pawl il-Baħar u li ħebb għall-eks Spettur Jonathan Ferris, waqt li kien fi stadju ta’ sentenza sospiża.
Kemm Borg kif ukoll il-mara tqila bi tmien xhur tqala wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, tat il-ħelsien mill-arrest lill-mara minħabba li għanda tmien xhur u nofs tqala fuq depożitu ta’ $500 u garanzija personali ta’ $5000 u biex tiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa, iżda żammet lil Borg taħt arrest.