Folla impressjonanti bħalissa fuq il-Fosos tal-Floriana qed tattendi għat-tlettax-il edizzjoni tal-Isle of MTV.
Fuq il-palk spettakolari għaddej spettaklu mill-aqwa li ħalla lil eluf ta’ żgħażagħu u mhux jiżfnu u jaqbżu mar-ritmu tal-mużika minn artisti ta’ fama dinjija assoċjati mal-mużika moderna. Fosthom Martin Garrix u Bebe Rexha.
Is-serata tal-lejla rat ukoll is-sehem ta’ bosta artisti lokali fosthom Michela Pace u Owen Leuellen.
Ritratt: Kimberly Portelli / ONE NEWS