“Min jgħid li ma togħġbux Malta ikun qed jigdeb.” Hekk sostniet il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Ava Max.
F’konferenza ftit sigħat qabel wieħed mill-akbar kunċerti f’Malta, l-Isle of Malta, Ava Max spjegat kif għall-ewwel darba f’ħajjitha għomiet fil-baħar Mediterran.
Qalet kif Malta hi gżira vera sabiħa u kif wieħed ma jista’ qatt ikasbar lil din il-gżira u jgħid li ma togħġbux għax bellezza.
Dwar il-karriera tagħha, Max spjegat kif bħalissa qed taħdem fuq proġetti sigrieta u kif fiż-żmien li ġej mistennija tiżvela dawn x’inhuma.
Max hi waħda fost bosta artisti ta’ fama internazzjonali li se jkunu qed itellgħu spettaklu mill-isbaħ waqt il-kunċert tal-Isle of MTV fil-Fosos tal-Furjana għat-tlettax-il edizzjoni.
Fost l-artisti nsibu wkoll lid-DJ ta’ fama internazzjonali Martin Garrix u Bebe Rexha.
Ritratti: Kimberly Portellli