Minn informazzjoni li għandu One.com.mt jidher li r-raġel ta’ 27 sena mill-Maċedonja li fl-20 ta’ Ġunju li għadda kien involut f’ħabta bejn żewġ dgħajjes bejn il-port tal-Imġarr u Kemmuna, qaleb għall-aħjar u li salva idu.
Sorsi qalulna li r-raġel kien fix-xifer nett li jitlef idu għaliex waqt l-inċident sar impatt qawwi mid-dgħajsa l-oħra ma’ idu ix-xellugija.
Nifhmu li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.