Il-Qorti dalgħodu qamet biex tisma’ l-istorja xokkanti ta’ omm li ġiet mixlija li ppruvat tgħallaq lil bintha li għad għandha biss 9 snin b’lazz taż-żarbun.
L-omm, Jordanos Gabrhiwet li għandha 30 sena u mill-Eritrea, toqgħod fiċ-ċentru miftuħ tal-immigranti f’Ħal Far taħdem bħala ħassiela u qed tiġi akkużata b’attentat ta’ qtil.
L-ispettur Trevor Micallef spjega lil Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Simone Grech, li għall-ħabta tat-7:40 ta’ filgħaxija, il-pulizija ġew infurmati li ħaddiema taċ-ċentru intervjenew fis-sitwazzjoni fejn l-omm pruvat tgħallaq lil bintha.
It-tifla salvat dan l-attentat iżda ġarrbet ġrieħi ħfif. Huwa mifhum li t-tifla ngħatat għall-foster care.
L-avukat tal-għajnuna legali, Mark Mifsud Cutajar, m’għamilx talba għall-ħelsien mill-arrest.