Is-CMA CGM rreġistrat il-flotta kollha tagħha fir-reġistru Marittimu Malti. Din il-kumpanija ġganteska li hija meqjusa bħala waħda mill-pijunieri fis-settur tat-trasport marittimu issa se tkun qed tagħmel 11% tal-reġistru Malti.
Dan ħabbru l-Ministru Ian Borg f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie spjegat it-tkabbir bla preċedent li qed jara s-settur Marittimu f’pajjiżna.
Il-Ministru għat-Trasport ħabbar ukoll li kwart tal cruise liners li bħalissa qed jinbnew ser ikunu qed itajjru wkoll il-bandiera Maltija. F’dan is-settur l-MSC diġà kienet ħabbret li l-vapuri tagħha kienu ġew rreġistrati f’pajjiżna.
Il-Ministru Ian Borg kompla jispjega li r-reġistru merkantili Malti huwa l-ikbar reġistru fl-ewropa u s-sitt l-akbar reġistru fid-dinja. Saħaq li l-bandiera Maltija mhux bandiera ta konvenjenza imma bandiera ta’ kwalita.
Qal li bħalissa hawn aktar minn 8,300 bastiment u 780 jott lussuz li qed utajjru l-bandiera Maltija. F’pajjiżna dan is-settur qed jaħdmu fih
Fl-ewwel sitt xhur tal-2019 Transport Malta rat żieda ta’ 7% fir reġistru merkantili tagħha. Spjega li dan kien l-unika reġistru li għamel gwadan ta’ din iċ-ċifra fit-tunnellaġġ rreġistrat.
Is-Sur Ivan Sammut li huwa r-reġistratur ġenerali spjega li dan is-suċċess huwa grazzi għar-reputazzjoni tajba li ħa r-reġistru Malti. Spjega li dan id-dipartiment ma’ jagħlaq qatt u huwa miftuħ 24/7. Saħaq li meta jkollok kumpanija bħal CMA CGM li l-operat tagħha jiswa l-biljuni kull sena huwa ċertifikat pożittiv għar-reġistru Malti u Transport Malta.
Fatt ieħor li qed jiġbed kumpaniji bħal din sabiex jiġu f’pajjiżna hija li l-bandiera m’ghandniex Trading Restrictions. Minhabba r-reputazzjoni tajba li għandu r-reġistru Malti, l-bandiera Maltija hija meqjusa bħala low risk fleet u għalekk l-vapuri tagħha jiġu mwaqqfa u ccekjati anqas frekwenti meta jkunu f’portijiet internazzjonali.