Mija u ħdax-il tabib ġdid bdew il-karriera professjonali tagħhom fl-Isptar Mater Dei u fis-sistema tas-saħħa pubblika.
Fi stqarrija tal-Gvern ntqal li minn dawn it-tobba kollha, mija u wieħed huma Maltin.
Aktar tard din is-sena mistenni jerġgħu jidħlu fis-servizz numru ta’ tobba oħra.
Id-Deputat Prim Ministru Ministru tas-Saħħa Chris Fearne saħaq li b’dawn it-talenti ġodda se nkomplu nsaħħu u noffru servizz tas-saħħa tal-ogħla livell.
“Permezz ta’ dawn l-istess tobba ġodda li aħna ta’ kull sena nżidu s-servizzi tagħna biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu l-aqwa servizz mediku li jibqa’ meqjus bħala wieħed mill-aħjar għaxar servizzi tas-saħħa fid-dinja”, temm jgħid id-Deputat Prim Ministru.