Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Gvern se joħroġ sejħa għall-interess biex isir investiment ta’ €16-il miljun fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Waqt sessjoni mis-sensiela ta’ laqgħat ta’ Gvern li Jisma’, il-Ministru spjega l-bżonn ta’ restawr fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, il-ħtieġa ta’ estensjoni għal żieda ta’ oqbra kif ukoll sistemi ġodda ta’ tmexxija.
L-investiment irid jinkludi 2,800 qabar ġdid kif ukoll nefqa ta’ €6 miljun għar restawr tal-istess ċimiterju tal-addolorata. Il-Ministru spjega kif bħalissa ninsabu f’xefaq ta’ era ġdida biex inkomplu nagħmlu lill-pajjiżna ċentru ta’ eċċelenza fil-qasam tas-saħħa dan billi insolvu problemi kbar biex kull pazjent jieħu l-aqwa u l-aħjar servizz li huwa possibli.
B’rabta ma’ dan spjega kif in-nies fil-kurituri naqsu b’90%. Il-Ministru semma’ wkoll li fis-sajf li ġej ser joħrogu tenders biex f’Ħal Kirkop jinbena Ċentru tas-Saħħa.
Minn dan ix-xahar ser jibda jingħata servizz ta’ dentistrija ma’ dentisti privati u jħallas għalihom il-gvern. Dan ser iwassal biex tonqos il-lista ta’ dentistrija bħalma ġara fil-każ tal-opperazzjonijiet tal-irkopptejn.
Wara s-suċċess tal-emerġenza ta’ tfal issa imiss sptar apposta għall-pedjatrija tal-maternità, fejn it-tmexxija tiegħu ser tkun f’idejn il-Gvern. L-idea ta’ dan l-isptar hija li jkun hemm sptar li ikun iddedikat għat-tfal u l-ommijiet.