Fi stqarrija li ħarġet mill-Gvern Malti u l-Gvern Taljan il-Ministri għall-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi, Carmelo Abela u Enzo Moavero ikkonfermaw li ż-żewġ pajjiżi se jikkoperaw flimkien f’dan il-każ.
L-istqarrija żiedet tfisser il-bżonn ta’ gvernanza effettiva biex il-migrazzjoni tinfirex b’mod aktar ġust maadwar l-Ewropa. Dan hekk kif ,tgħid l-istqarrija, m’għadux permessibbli li wieġed jaġixxi abbażi ta’ każ każ u li jinstabu s-soluzzjonijiet b’emerġenza.
Iż-żewġ Gvernijiet qalu li hemm bżonn ta’ struttura permanenti fuq livelli Ewropej, u għalhekk ir-riforma fir-regolarizzazzjoni ta’ Dublin mhux biżżejjedm u għalhekk iż-żewġ ministri talbu għal aġenda aktar speċifika fil-Kunsill Ewropew li jmiss dwar l-Affarijiet Barranin, li se jsir aktar tard dan ix-xahar.