Filmati esklussivi ta’ ONE News mil-laqgħa tal-eżekuttiv jikkonfermaw il-firda li hemm bejn il-fazzjoni Delia u l-fazzjoni Busuttil.
Kienu għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, tliet siegħa wara li bdiet il-laqgħa tal-eżekuttiv, li bdew jitħabbru l-ismijiet tal-persuni li nħatar fil-karigi ta’ President tal-Amministrattiv u tal-Eżekuttiv.
Id-deputat Carm Mifsud Bonnici, tal-fazzjoni Delia, ġie elett fil-kariga ta’ President tal-Amministrattiv Nazzjonalista.
Huwa ġab 46 vot u waqt li Graham Bencini, mill-fazzjoni ta’ Busuttil, ġab 31 vot.
X’ħin sar magħruf li nħatar fil-kariga Mifsud Bonnici, il-fazzjoni Delia rreaġixxiet b’ferħ kbir għax rebħet lill-fazzjoni Busuttil.
L-esponenti tal-eżekuttiv mill-fazzjoni Delia qamu bilwieqfa, u beda jinstema ċapċip kbir u tisbit fuq l-imwejjed.
Kif jixhdu l-filmati esklussivi, Carm Mifsud Bonnici qam bilwieqfa u ngħata tgħanniqa kbira mill-eks kap tal-Midja Nazzjonalista Pierre Portelli li ftit qabel kien stqarr li kellhom jittieħdu passi kontra deputati nazzjonalisti li qed jagħmlu ħsara lill-kap.
Maġenb Portelli kien hemm l-koordinatur politiku Jean Pierre Debono li ħadlu b’idejh u l-stess għamlu l-ħaddiema tal-komunikazzjoni tal-Partit ta’ Delia.
Sakemm Mifsud Bonnici mar ħdejn il-Kap u hawn għanqu miegħu. L-stess għamlu l-viċi Kap David Agius u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli.
Iżda r-reazzjoni għall-ħatra ta’ Alex Perici Calascione bħala President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kienet bil-wisq differenti. Reazzjoni sfurzata u li tixhed il-qasma fil-Partit Nazzjonalista.
Perici Calascione, huwa mill-fazzjoni Busuttil u tellaq waħdu wara li Graziella Attard Previ, mill-fazzjoni Delia, kienet imġiegħla minn Delia tirtira mill-elezzjoni. Dan f’mossa biex jevita aktar inkwiet mal-fazzjoni Busuttil.
X’ħin inħatar Perici Calascione, in-nies ta’ Delia baqgħu kważi mwaħħlin mas-siġġu. Pierre Portelli lanqas biss dar biex jieħu b’idejn Perici Calascione li għadda minn warajh u Jean Pierre Debono b’mod sfurzat deher jifraħlu għal kirjanza. L-stess għamlu l-ħaddiema tal-komunikazzjoni ta’ Delia.
Adrian Delia, b’mod sfurzat ukoll bilkemm għannaq lil Alex Perici Calascione għax mhux tal-fazzjoni tiegħu u l-istess reazzjoni kellu s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li kien safa fil-mira tiegħu wara li akkużah li kien qed iċċekken ir-riżultati tat-telfa elettorali ta’ Mejju li għadda.
Għal ħatra ta’ President tal-ezekuttiv ivvutaw tmienja u sebgħin membru. Kien hemm vot invalidu.
Minkejja li vvutaw tmienja u sebghin membru, Perici Calascione ġab biss tlieta u ħamisn vot.
Filfatt għalkemm Calascione, tellaq waħdu, mhux kull membru tal-ezekuttiv ivvutalu.
Fl-istess elezzjonijiet Charles Selvaggi, esponent ta’ Delia rtira n-nomina tiegħu għal kariga ta’ Teżorier tal-Partit Nazzjonalista biex issa jridu jerġgħu jinfetħu n-nomini biex timtela’ din il-kariga b’piż kbir.