10,000 anzjan u anzjana diġa’ applikaw u għandhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet ġewwa l-Mużew tal-Muża fejn intqal kif din l-istatistika hija xhieda li l-viżjoni ta’ Heritage Malta sabiex titjieb l-aċċessibilita’ fuq is-siti tagħha qed issir realta’.
Intqal kif wieħed minn kull għaxra li applikaw għal dan il-passaport diġa’ marru u żaru siti ta’ Heritage Malta filwaqt li b’kollox ħadu magħhom 500 żagħżugħ u żagħżugħa.
Intant tħabbar ukoll programm tas-sajf għat-tfal bejn Lulju u Settembru. Programm fejn fih it-tfal Maltin u Għawdxin jkunu jistgħu japplikaw sabiex jattendu għal attivitajiet differenti fis-siti differenti ta’ Heritage Malta.
Dawk kollha li jixtiequ japplikaw għal dan il-programm jistgħu jagħmlu dan fuq is-sit ta’ Heritage Malta b’donazzjoni ta’ 5 ewro.