Kif imwiegħed fil-manifest elettorali, il-Gvern għaddej bix-xogħol fuq l-ewwel dar tal-anzjani tal-gvern fil-gzira Għawdixija.
B’kollox huwa stmat li d-dar tal-anzjani se tilqa fiha mal-140 resident u se tolħoq opportunitajiet tax-xogħol ġodda għall-Għawdxin.
Ix-xogħol fuq id-dar tal-anzjani San Ġuzepp Għajnsielem għaddej b’ritmu mgħaġġel. Bħala parti mix-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-aħħar jiem tlesta ix-xogħol ta’ twaqqigħ tal-bini li kien hemm qabel u sar it-tħaffir.
Illum żar ix-xogħlijiet li għaddejien fuq din id-dar il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fejn il-Perit Angelo Portelli spjegalu ix-xogħol ta’ kostruzzjoni li fadal isir u li mistenni jkun lest sal-aħħar dan din is-sena.
Il-Ministru Refalo qal li kif imwiegħed fil-manifest elettorali, din id-dar hija ta’ prijorità għall-gzira Għawdxija u se toħloq opportunitajiet ġodda tax-xogħol għall-Għawdxin.
https://youtu.be/BzPusuCaqKg