Il-Ħamis filgħaxija terremot ħasad lin-Nofsinhar ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti.
It-terremot b’saħħa ta’ 6.4 fuq l-iskala kien l-aktar wieħed qawwi li laqat lir-reġjun.
Dan ħalla warajħ ħsarat estensivi, filwaqt li madwar 28,000 resident fil-Belt esperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
It-terremot kien segwit b’madwar 159 terremot iżgħar u huwa mifhum li għad hemm il-biża’ li iżjed terremoti jergħu jinħassu f’dan ir-reġjun fil-jiem li ġejjin.
Il-Ministru Malti għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, fi tweet, kiteb li l-Ministeru qiegħed josserva s-sitwazzjoni f’Kalifornja u s’issa ma jidhirx li kien hemm Maltin milquta minn dan it-terremot.