It-taqtigħa finali għal min se jkun mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż u għalhekk Prim Ministru tar-Renju Unit, ħadet żvolta ġdida wara li Andrea Leadsom iritrat mit-tellieqa biex biex b’hekk Theresa May se tkun l-unika kandidata għal din il-kariga.
F’konferenza tal-aħbarjiet hija qal li ma temminx li għandha l-appoġġ meħtieġ biex tmexxi Gvern b’saħħtu u stabbli.
May ilha favorita minn meta fetħu n-nomini u għandha 60% tal-appoġġ tal-politiċi fil-partit. Il-membri konservattivi li jridu jagħmlu l-għażla finali huma madwar 150,000.
Din l-elezzjoni kienet meħtieġa wara r-riżenja tal-Prim Ministru, David Cameron, wara r-riżultat tar-referendum tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.