Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Uffiċċju tal-Ombudsman reġa’ kellu żieda fl-ammont ta’ ilmenti li tressqu quddiemu. Fil-fatt fl-2015, l-Uffiċċju tal-Ombudsman irċieva 611-il ilment. Dan ifisser żieda ta’ 13.5% fuq is-sena ta’ qabel. Dan ir-riżultat isegwi ż-żieda ta’ 9% li kien hemm fl-2014. Dawn ir-riżultati, fi kliem l-Uffiċċju, huma primarjament attribwiti għall-inizjattivi ta’ outrach li twettqu matul l-2015.
L-2015 kienet sena sinjifikattiva għall-Uffiċċuju tal-Ombudsman. Kienet l-20 Anniversarju minn meta twaqqfet l-istituzzjoni u s-sena fejn intemmu x-xogħlijiet strutturali biex jipprovdu uffiċċji ġodda u moderni.