Michael Emmanuel mill-kosta tal-Avorju kien isofri minn psikożi akkuta u għalhekk skont il-kodiċi kriminali ma kienx f’sensih meta fega lis-sieħba tiegħu Maria-Lourdes Agius.
Iddikjara dan il-psikjatra Joseph Cassar meta xehed fil-ġuri li għaddej Emmanuel, ta’ ħamsa u għoxrin sena, quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.
Il-psikjatra tqabbad mill-qorti u ezamina lill-akuzzat ġimagħtejn wara li f’Settembru li għadda fega lis-sieħba tiegħu fid-dar tagħha f’Raħal Ġdid.
Dr Cassar qal li milli qallu l-akkuzat, u minn nota oħra li ħalla psikjatra ieħor fil-fajl ta’ Emmanuel, jirrizulta li kellu delużjonijiet u kien paranojku fil-konfront tas-sieħba tiegħu.
Il-Psikjatra qal li Emmanuel qallu li kien jemmen li Maria Lourdes kellha magħmul u hi kienet talbitu biex ineħħihulha.
Mal-psikjatra irrakkonta kif wara li neħħa dak li sejjaħ magħmul, fl-erba ta’ filgħodu poġġa kurċifiss fuq għonq Maria Lourdes. Qal li dak il-ħin ħassu maħsud u ra l-kurċifiss jiċċaqlaq.
Qallu ukoll li meta kien għadu zgħir kellmu Alla meta kien qiegħed jgħix f’villaġġ fl-Afrika. Filwaqt li qallu li meta beda jħaffer fis-cement ħareġ forma ta’ stilla.
Ħareġ ukoll li l-akkużat kien jabbuza b’mod regolari mid-droga marijuna, bil-Psikjatra qal li l-effett tagħha jista jwassal għall-effetti paranojċi u deluzjonijiet. Qal li dan seta’ ġie ikkonfermat b’test tal-urina sa erbgħa ġimgħat wara li kkonsma l-aħħar droga.
L-Imħallef Scerri Herrera staqsiet lil psikjatra jekk huwiex imħarreġ biex jinduna jekk in-nies ikunux qegħdin jigdbu. Bil-Psikjatra jwieġeb li m’hemm l-ebda taħriġ għal dan, u bl-esperjenza ikun jaf jekk persuna huwiex jigdeb jew le.
Il-Psikjatra qal li meta iltaqa miegħu, Emmanuel kien konxju u anzjuż. Kliemu kien jagħmel sens u kien kapaċi jkompli bil-konversazzjoni.
Dr Cassar qal li hu ma tkellimx ma’ ħbieb jew qraba maltin tal-akkużat dwar is-saħħa mentali tiegħu. Bl-akkużat qallu li ħadd mill-qraba tiegħu fil-kosta tal-Avorju ma kellhom problemi ta’ saħħa mentali.
F’Ottubru wara li ingħata l-kura huwa inħareġ mill-Monte Karmeli izda baqa jieħu l-mediċina. Izda f’April huwa reġa’ ddaħħal l-isptar..
Fil-ġuri xehdet ukoll omm Maria Lourdes, Mary Agius li bi dmugħ nieżel ma’ ħaddejha qalet li hija taħfer lill-akkużat imma bintha hija demmha.
Qalet li Emmanuel kien missier tajjeb għat-tlett itfal li kellu minn Agius u kien jieħu ħsiebhom, filwaqt li jaħdem bħala kaħħal.
Omm, Mary Lourdes, qalet li lejn l-aħħar il-koppja kien qiegħed ikollhom argumenti vjolenti minħabba l-flus u minħabba li l-eks sieħeb ta’ Agius kien qiegħed imur id-dar tagħhom Raħal Ġdid sabiex jara lil uliedu.
Qalet li Emmanuel kien jirrabja meta bintha kienet tonfoq il-flus biex tmur tagħmel xagharha u d-difrejha u kien jgħidilha li l-flus tista’ tuzhom aħjar fosthom biex tixtri l-affarijiet lis-sebat itfal tagħha.