Il-qorti laqgħet talba biex l-Avukat Ġenerali jiġbor evidenza f’każ li ilu għaddej il-qorti tmintax-il sena.
It-talba tressqet mid-difiża ta’ Angelo Zahra, li fl-2001 ġie arrestat u jinsab mixli li ffinanzja l-importazzjoni tad-droga.
Id-difiża insistiet li Zahra nkisirlu d-dritt ta’ smigħ xieraq wara li l-prosekuzzjoni fi 18 -il sena għadha ma ġabritx l-evidenza kollha.
Għaldqastant, il-qorti aċċettat it-talba biex il-prosekuzzjoni tiġbor l-evidenza f’dan il-każ li ilu għaddej tmintax-il sena.