14 -il baħri mietu f’sottomarin wara li nħakem min-nirien hekk kif kienu qed jagħmlu xi testijiet.
Dan żvelah il-Ministeru Russu għad-difiża fi stqarrija li fiha qal ukoll li n-nirien ġew ikkontrollati mill-ekwipaġġ tas-sottomarin.
Fl-istqarrija l-Ministeru qal li s-sottomarin kien qed jintuża għar-riċerka u studju tal-qiegħ tal-baħar.
It-tip ta’ bastiment ta’ taħt l-ilma li ntuża kapaċi jogħdos ta’ elf metru taħt l-ilma.