Id-Dwana se żżid il-ħin li fih il-pubbliku jista’ jinqeda waqt ix-xhur tas-sajf. Dan bil-għan li l-pubbliku jinqeda’ aktar malajr mid-Dipartiment tad-Dwana.
Dan qalitu d-Dwana fi stqarrija, fejn qalet li l-ħinijiet il-ġodda għat-Taqsima tal-Proċeduri Speċjali, li qabel kienet it-Taqsima tal-Proċeduri Ekonomiċi u għat-Taqsima tal-Verifiki se jkunu miftuħa bejn is-7:30 ta’ filgħodu u t-3:30 ta’ wara nofsinhar.
Fl-istqarrija, id-Dwana kompliet tgħid li l-ħaddiema fit-Taqsima tal-Verifikazzjoni, minkejja l-affarijiet li jagħmlu ta’ kuljum u t-teħid ta’ dikjarazzjonijiet tad-dokumenti, se jkunu qed joħorġu gate pass għal C-Status u kontejners T1 li t-tagħbija tagħha tkun ġa saret.