Il-Ħadd wara nofshinar madwar ħamsin student mir-Rumanija, Renju Unit, Ċipru, Greċja, Italja, Russja, Estonja u Ġorġja, iltaqgħu mal President George Vella fil-Palazz ta’ San Anton sabiex jaqsmu miegħu l-proġett li tellgħu fl-aħħar jiem kontra t-traffikar tal-bnedmin.
L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett kien sabiex titqajjem kuxjenza akbar fejn jidħol it-traffikar tal-bnedmin speċjalment tat-tfal u żgħażagħ għal skopijiet sesswali.
Il-President Vella faħħar bis-sħiħ dan il-proġett fejn appella liż-żgħażagħ preżenti sabiex dejjem jagħmlu deċizzjonijiet u azzjonijiet li jirrispettaw id-dinjita umana.
Huwa semma u kkwota kif kull ma jmur il-Ġnus Maqgħuda dejjem qed toqrob pass ‘il quddiem sabiex tindirizza din il-krudilta fuq l-umani.
Fakkar ukoll kif il-Gvern Malto ħa deċizzjonijiet sabiex ukoll jindirizza din is-sitwazzjoni u jgħin ukoll lill-vittmi.
Il-President ġie milqugħ b’kant tradizzjonali tal-pajjożo u mgħoti diversi affarijiet simboliċi tagħhom.