Il-Gvern huwa kommess li jinvesti fl-Air Malta u fi flotta ġdida biex il-linja tal-ajru nazzjonali tibqa’ tikber. Irrid inkun ċar li mhu se nħallu l-ebda interessi personali jmorru kontra l-interess nazzjonali.
Fi żmien Gvern Nazzjonalista l-Air Malta kienet tat skema ta’ rtirar kmieni lill-piloti biex ikunu jistgħu jirtiraw ta’ 55 sena u jieħdu pakkett ta’ kwazi 700,000 ewro kull wieħed. Issa l-Unjin tal-Piloti qed tippretendi li l-Gvern jagħti garanzija li dawn il-flus jeħduhom jiġri x’jiġri mill-Air Malta.
Aħna bħala Gvern kommessi li l-Air Malta tkun suċċess, iżda mhu ser nagħtu l-ebda rigali a skapitu tal-kumpanija. Jekk il-piloti iridu li jkollhom garanzija għall-futur, soluzzjoni waħda hemm – li jaħdmu flimkien mal-manigment u mat-tim kollu f’direzzjoni waħda ‘il quddiem li twassal lill-kumpanija biex tikber u tirnexxi. Il-Gvern filwaqt li se jassigura li Malta tibqa’ dejjem ikollha linja nazzjonali, mhu se jaċċetta l-ebda rikatti mingħand ħadd.
Government is committed to invest in @AirMalta’s growth and new fleet but will not allow any interest groups to undermine the national interest.
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) June 30, 2019