Il-Festival Malti tal-Inbid Internazzjonali huwa l-ewwel festival tax-xorta tiegħu f’pajjiżna u li f’dawn il-jumejn min attenda jista’ jinnota kemm kien ta’ suċċess. Dan l-avveniment qed jesponi u jservi ta’ pjattaforma għall-inbid Malti u inbid ieħor minn madwar id-dinja.
Kemm jekk int espert, dilettant tal-inbid jew tinteressak ħarġa b’differenza, għadd ta’ importaturi u produtturi tal-inbid ser ikunu qiegħdin joffru selezzjoni wiesa ta’ inbid matul dan l-avveniment. 8 esperjenzi differenti, minn 5 kontinenti, b’aktar minn 100 flixkun inbid ikkumplimentanti b’ikel Malti, Mediterranju u ikel ieħor minn madwar id-dinja.
Stħarreġ u informa ruħek fuq il-kultura tal-inbid, agħżel minn uħud fost l-aqwa inbejjed fid-dinja u gawdi lejla maġika ta’ divertiment kontienwu f’dan l-ewwel avveniment fuq skala Nazzjonali fil-qalba ta’ Bormla.
L-avveniment ser ikun kompost minn għadd ta’ esebizzjonijiet fejn wieħed jista’ jixtri tazza tal-inbid għall-prezz ta’ 2 Ewro u jagħżel li jduq l-inbid l-aktar favorit tiegħu. Id-dħul għal dan l-avveniment ser ikun b’xejn.
Esperti fil-qasam tal-inbid mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi ser jtellgħu diskussjonijiet interessanti dwar l-inbid fi spazzji apposta.
L-ewwel edizzjoni tal-Festival Malti tal-Inbid Internazzjonali fix-xatt ta’ Bormla, fejn qabel kien hemm il-baċir numru wieħed, jiġi fi tmiemu llum il-Ħadd 30 ta’ Lulju mis-sitta ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
Hemm arranġamenti speċjali ta’ Trasport Pubbliku filwaqt li t-traġit bejn il-Belt u Bormla permezz tal-baħar ser ikun qiegħed jopera f’ħinijiet aktar regolari. L-organizzaturi qed joffru wkoll skont fuq trasport permezz ta’ Medasia Cabs.
Dan l-avveniment qiegħed jiġu miġjub lilek bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, ir-Reġjun Xlokk, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, CocaCola u Frank Salt.
Ara: