Fi stqarrija l-BOV ħabbret li bħalissa s-sistemi kollha tal-ATM’s madwar Malta u Għawdex huma magħluqa, dan għaliex ġarrbet ħsara teknika.
Filwaqt li l-kumpanija skużat ruħha, infurmat lil kulħadd li qed tagħmel mill-aħjar li tista’ sabiex iġġib is-sitwazzjoni għan-normal fl-inqas ħin possibli.