Infetħet mill-ġdid għall-pubbliku l-bajja tal-Fajata f’Marsaskala, fil-parti ta’ San Tumas. Dan wara li għaddiet minn proċess fejn ittella’ r-ramel minn ġol-baħar sabiex ġiet iffurmata bajja ġdida bir-ramel. Dan l-eżerċizzju huwa simili ghal dak li sar fil-bajjiet tal-Balluta u ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa.
Il-metodu użat kien maqbul mal-Awtoritajiet fosthom l-Awtorità tal-Ambjent u r-riżorsi sabiex isir l-inqas impatt negattiv possibli fuq wiċċ il-baħar.
Il-ministru Konrad Mizzi li fetaħ din il-bajja qal li l-Gvern huwa impenjat li jtejjeb il-prodott turistiku u jagħmel iżjed bajjiet sabiex jitgawdew kemm mit-turisti u l-Maltin.