117 – il persuna kienu mħarrka wara li nqabdu mill-Awtorità tal-Ambjent tar-Riżorsi joħorġu l-iskart f’dati li mhux suppost jew minn ġurnata qabel dik suppost. L-iktar postijiet li fihom inqabdu jarmu skart nies b’mod illegali kienu l-Qawra u Bugġibba. Hawnwhekk ġew imħarka 55 persuna filwaqt li f’Marsaskala ġew imħarrka 26. Dawn il-persuni ġew imħarrka 150 ewro kull wieħed.
Fi Stqarrija, l-ERA qalet kif 14-il uffiċjal mid-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA qed jagħmlu rondi madwar Malta u Għawdex dabtejn fil-ġimgħa, kemm tul il-jum u anke filgħaxija. Dan filwaqt li l-LESA huma wkoll responsabbli għall-infurzar ta’ dawn il-materji.
Filfatt fi stqarrija seperata l-LESA ħabbret li fi żmien tlett ijiem, bejn it-Tnejn 24 ta’ Ġunju u l-Ħamis 27 ta’ Ġunju, wara għassa stretta 24 siegħa kuljum f’numru ta’ lokalitajiet wara lmenti li rċeviet l-aġenzija, ingħataw 49 taħrika.
Il-kap tad-direttorat tal-ERA appella lill-pubbliku biex isegwi l-ħinijiet u r-regoli stipulati mill-liġi, kif indikat mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Fakkar li r-raġuni primarja għaliex wieħed għandu jissepara l-iskart m’huwiex minħabba d-detriment tal-multi iżda r-rieda tajba li timmotiva lil kull ċittadin jaqdi dmirijietu favur ambjent aħjar.