Il-Festa Pubblika tal-Imnarja u t-temp sħun u xemxi li taf toffri l-gżira Maltija, ġibdu mijiet ta’ nies sabiex iżuru l-Buskett għall-attivitajiet assoċjati ma’ din il-festa tradizzjonali Maltija.
Fil-Buskett wieħed setgħa jara diversi wirjiet ferm interessanti fosthom varjeta kbira ta’ ħxejjex tar-raħħala u bdiewa Maltin kif ukoll varjeta oħra ta’ annimali bħal fniek.
Id-daqq u l-kant tal-għana wkoll ġibdu l-widna u l-għajn ta’ diversi Maltin u turisti preżenti fil-Buskett.
Intant, fil-Palazz tal-Verdala illum itellgħet ukoll l-In-Guardia, rapreżentazzjoni storika ta’ żmien il-kavallieri.