Li kien għall-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon busuttil il-Partit Nazzjonalista kellu jingħaqad wara l-frame-up li sar fil-konfront tal-Prim Ministru bil-gidba ċċertifikata Egrant.
Dan ikkonfermah ċar u tond l-eks President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut meta waqt il-programm XTRA qal li Adrian Delia qatt ma messu ssospenda lil Simon Busuttil u kellu juża dak il-mument sabiex jgħaqqad il-Partit.
Dwar dan il-ġurnalist u editur tal-Mediatoday Saviour Balzan staqsa kif Adrian Delia seta’ jgħaqqad il-Partit b’gidba.
Minkejja li f’sentenza, Sammut kkonferma li fl-inkjesta Egrant kien hemm esponenti Nazzjonalisti li ppreżentaw dokumenti b’firem foloz, ftit tas-sekondi biss wara huwa qal li Egrant ma kinitx gidba.
Hawn ukoll Balzan sostna li l-Maġistrat Indipendenti sab li d-dokumenti li ppubblikat Daphne Caruana Galizia u li wara ġew ppreżentati minn Pierre Portelli kienu ffalsifikati b’firem foloz.
Waqt li Sammut kien qed jitkellem fuq il-passat dubjuż ta’ Adrian Delia, Balzan staqsih ukoll dwar x’jaħseb minn numru ta’ deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni ta’ busuttil li wkoll għandhom skandli kbar jiġru warajhom, Sammut sostna li bejn il-kap u d-deputati hemm kejl differenti.
Sammut ikkonferma wkoll li tul il-kampanja elettorali li għaddiet Delia kien razzist.
Meta mistoqsi dwar il-petizzjoni u l-vot ta’ fiduċja fil-konfront tal-kap Zammut qal li diġa’ għandu lista ta’ nies bil-potenzjal li jieħdu post Delia.
Sammut kkonferma wkoll il-biża ta’ ħafna Nazjzonalisti li l-Partit tagħhom m’għadux jagħraf lilu nnifsu.