Esperti tat-twaqqigħ splodew il-fdalijiet tal-pont Morandi f’Genoa, sena wara li sar il-kollass tal-istess struttura.
Elfu ta’ nies kienu evakwati qabel seħħew l-isplużjonijiet, li waqqgħu żewġ torrijiet kbar li kienu jikkonsistu f’erbat elef u ħames mitt tunnellata ta’ konkrit u ħadid.
Tankijiet bl-ilma tpoġġew madwar it-torrijiet sabiex ikun evitat it-tixrid tat-trab.
Tlieta u erbgħin persuna kienu mietu meta parti mill-pont, u vetturi li kienu għaddejjin minn fuqu, waqa għoli ta’ ħamsa u erbgħin metru f’Awwissu tas-sena l-oħra.