Din hija t-tieni familja tagħkom, tridu tkunu tħobbu lil xulxin. Dan kien kliem is-Sur Emanuel Psaila waqt li kien qed jindirizza lill-129 rekluta li bħalissa qed jagħmlu t-taħriġ tagħhom sabiex jidħlu membri tal-Protezzjoni Ċivili. Psaila fakkar li x-xogħol tal-ħaddiema tas-salvataġġ huwa importanti ħafna u li f’ċerti każi l-ħidma tagħhom tfisser id-differenza bejn ħajja u mewt. Għalekk hawnekk huwa fakkar fil-valur tal-altruwiżmu.
Psaila kien qed jindirizza lir-rekluti waqt is-6 reklutaġġ li qatt għamel dan id-dipartiment. Huwa qal ukoll li għall-ewwel darba fost ir-rekluti hemm 3 nisa. Psaila n-nota wkoll li għall-ewwel darba kull rekluta ngħata ilbies protettiv kollu ġdid.
Preżenti għall-attività kien hemm ukoll il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia li fakkar kemm huwa importanti x-xogħol tal-Protezzjoni Ċivili għas-soċjetà Maltija. Imdawwar mar-rekluti u l-għalliema esperjenzati ta’ dan id-dipartiment Farrugia tkellem ukoll dwar l-importanza tat-teamwork f’dan ix-xogħol. Dr Farrugia spjega wkoll kif l-għan tal-Gvern huwa li jsaħħaħ dan id-dipartiment sabiex ikun jista jkompli jaqdi dmiru bl-ahjar mod possibbli lis-soċjetà Maltija u jekk ikun hemm il-bżonn jirrispondi wkoll fuq inċidenti kbar li jkunu qed iseħħu f’pajjiżi oħra Ewropej.