Carl Ciantar ta’ 30 sena ġie kkundannat tliet xhur ħabs wara li nstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest wara li nqabad barra f’ħinijiet li suppost kien id-dar.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti rrevokatlu l-ħelsien mill-arrest u kkonfiskatlu d-depożitu u l-garanziji personali li jammonstaw għal €14,000.