Min tal-inqas persuna nqatlet u għexieren oħra ndarbu f’żewġ attakki suwiċidja permezz ta’ karozzi bombi f’Tuneż.
Dawn l-attakki saru viċin l-Ambaxxata Franċiża, waqt li t-tieni waħda seħħet viċin l-kwartieri tal-pulizija tal-lokal.
L-ewwel attakk seħħ għal ħabta tal-10:50 u t-tieni attakk seħħ 10 minuti wara, għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu .
Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tas-sigurtà, filwaqt li l-Gvern Tuneżin ħabbar stat ta’ emerġenza.
Dan l-attakk seħħ ġurnata wara li tfakkar l-erbgħin anniversarju mill-attakk ta’ Sousse, fejn dakinhar kienu nqatlu 38 persuna.