L-Erbgħa filgħaxija, iż-żewġ Għaqdiet Mużikali Żabbarin, dawk tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel u s-Soċjeta Filarmonica Maria Mater Gratiae ffirmaw ftehim storiku.
Dawn il-ftehim storiku jinkludu fih:
- L-armar fid-dawra tal-Mina tal-Hompesch għall-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja;
- Il-Marċ ta’ San Mikiel qabel il-festa titulari; u
- Emendi dwar il-Programmi Mużikali rispettivi tal-Festa.
Dan il-ftehim seħħ wara diskussjonijiet li ilhom isiru ben iż-żewġ Għaqdiet. Dan il-ftehim jawgura tajjeb għal ‘l quddiem permezz ta’ aktar kooperazzjoni, b’temi bħall-istatwa tal-Irxoxt – li se tkun qed tinħadem fix-xhur li ġejjien.