L-umbrellel ikkuluriti rebħu lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, l-aqwa kampanja fuq il-midja soċjali, wara li din l-installazzjoni kkulurita ferm spiċċat f’wirjiet fotografiċi f’Pariġi, f’Singapore u fl-Arabja Sawdija.
Din l-installazzjoni ttellgħet għall-ewwel darba f’Ġunju tas-sena l-oħra, fejn għaqdet lil lokal kollu sabiex issebbaħ waħda mit-toroq prinċipali f’din il-belt.
Dan il-prempju ngħata waqt is-serata’ annwali tal-Malta Communications Authority, l-MCA.