Il-leġġenda tal-futbol Brażiljan iżżewweġ għat-tielet darba f’ċerimonja f’Sao Paulo, s-Sibt filgħaxija.
Il-plejer ta’ 75 sena, iżżewweġ lit-tfajla tiegħu f’ Guaruja li kienu ilu f’relazzjoni magħha għal sitt snin.
Pele u Marcia Cibele Aoki kellhom jiżżewġu sentejn ilu, iżda kellhom jippostponu t-tieġ wara li kellu problemi f’saħtu.
Il-Brażiljan iltaqa’ ma’ Marcia li għandha 50 sena matul festin f’New York fis-sena 1980, iżda bdew ir-relazzjoni tagħhom wara li ltaqaw f’lift fil-blokka tal-appartamenti li jgħixu fiha t-tnejn.