Iffirmajt il-petizzjoni sabiex titressaq mozzjoni ta’ fiduċja fil-kap tal-Partit Nazzjonalista għax nibża’ li sal-elezzjoni ġenerali li jmiss il-Partit se jispiċċa rrelevanti. – Dan qalu Graham Bancini, il-President tal-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista f’kitba twila fuq Facebook.
Fil-kitba tiegħu Bencini spjega li huwa baqgħalu biss ftit ġimgħat jokkupa din il-kariga u seta’ baqa’ barra mill-kwistjoni li ħakmet lill-Partit Nazzjonalista/ Madankollu qal li beża’ li sa tliet snin oħra l-Partit ma kienx se jibqa’ jeżisti.
Fakkar li l-Partit Nazjzonalista għadu kif tilef elezzjoni bl-akbar distakk fl-istorja u dan ma jistax ikompli jitqies qisu xejn mhu xejn. Bencini staqsa wkoll jekk il-Partit Nazzjonalista għadux oppożizzjoni b’saħħitha li qatt jista’ jerġa’ jingħata l-fiduċja mill-elettorat.
Bencini qal li huwa ffirma din il-petizzjoni kontra l-Kap Adrian Delia b’sens ta’ kuraġġ u responsabbiltà.
B’reazzjoni għal kitbietu, għadd ta’ deputati u esponenti mill-fazzjoni ta’ Simon busuttil għamlu like. Fosthom id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, Jason Azzoppardi, Karol Aquilina.
Ikkummentaw ukoll numru ta’ tesserati tal-Partit Nazzjonalista li ħaduha bil-kbir kontra l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li ilha sentejn tikkonfoffa u trewwaħ minn taħt biex Delia li ġie elett minnhom, jitneħħa minn kap tal-partit.
Ikkummentat ukoll Claudette Buttigieg li qalet li Bencini huwa raġel fuq l-irġiel.
Kumment li wkoll ma niżel tajjeb xejn man-Nazzjonalisti ta’ Delia, li saħansitra kien hemm persuna li poġġiet filmat tad-deputat Nazzjoanlista fiż-żmien li kienet għadha kantanta.