Se jinħoloq housing speċjalizzat għall-ħabsin li se jkunu waslu biex jiġu rilaxxati mill-ħabs lura fis-soċjetà. Il-ħsieb ta dan il-kunċett huwa li ma jkunx li tati biss saqaf u ċavetta iżda għandek kategoriji li jeħtieġu aktar sosten u ħadd daqs l-NGOs bhad-dlam għad-dawl ma jistgħu joffru u jassistu f’dan is-servizz.
Il-post dilapitat li bħalissa hemm fil-Birgu se jittranġa u jingħata ħajja ġdida sabiex ikun jista jikqa’ lil dawn il-persuni.
Rachel Scicluna li tmexxi l-board tal-housing speċjalizzat spjegat li huwa riedu jilħqu nies l-aktar vulnerabbli. Spjegat li l-board mexa mal-prinċipji tal-UE dwar l-inklużjoni fis-soċjetà. Il-proġett se jkun qed joffri servizz speċjalizzat u integrat li je jagħti aktar resiljenza lil dawk li se jkunu ħerġin mill-ħabs.
Għall-ewwel darba l-periti se jkunu involuti f’kompetizzjoni sabiex jiddizinjaw il-postijiet speċjalizzati għal dawn il-persuni.
George mid-dlam għad dawl spjega li ma tistax tifred priġunier minn mal-familja u priġunier bi problemi mal-familja hemm aktar ċans li jsir reċediv. Ghalekk li ftit snin ilu mid-dlam għad-dawl għamel studju dwar id-dinamiċi tal-familji li għandhom persuni l-ħabs. Id-dar tal-Birgu se tkun qed tinagħta l-isem ta’ dar bla ħitan.
L-idea tal-programm huwa bbażat fuq tagħlim mal-priġunier u familja qabel mal-persuna toħroġ mill-ħabs imbagħad jinaghaqdu flimkien. L-iskop huwa li tipprepara lill-familja u lill-individwu sabiex jiġi evitat il-każi ta’ riċevidizmu.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes spjega kif meta kien tnieda dan il-kunċett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali riedu jindirizzaw problemi mill-għeruq tagħhom sabiex apparti housing tagħti servizzi biex dawk fil-bżonn ikollhom Tama ġdida. Spjega li l-priġunieri li jkunu qed ifittxu housing isibu numru ta’ diffikultajiet minħabba li meta joħorġu ma jkunux lesti. Dan is-servizz se jkun qed jgħin lilhom u lil familthom