L-Unjoni Ewropea qed thedded lit-Turkija b’sanzjonijiet ġodda jekk il-pajjiż jibqa’ jwettaq tħaffir illegali fil-Lvant tal-Mediterran. It-twissija ħarġet b’mod uffiċjali wara s-summit bejn il-Mexxejja Ewropej ta’ din il-ġimgħa, bil-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker jiddeskriva dawn l-azzjonijiet bħala ‘inaċċettabbli’.
Il-bastiment tat-tħaffir, magħruf bħala il-Yavuz, bħalissa jinsab għaddej bi tftixxija għal gass naturali u żejt ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Ċipru.