L-Uffiċċju tar-Regolament tal-Bini (BRO) ippubblika l-lista tal-benejja liċenzjati fuq il-website tagħha. Dan qalitu l-Kamra tal-Periti fi stqarrija, fejn qalet li tilqa’ b’sodisfazzjoni din il-publikazzjoni f’waqtha ta’ din il-lista.
Fl-istqarrija, il-Kamra tal-Periti qalet li din il-liċenzja hi bżonnjuża biex is-sid, il-perit inkarigat mill-bini u n-nies inġenerali ikollhom serħan il-moħħ dwar il-persuna nkariġata mill-proġett hi kkwalifikata biex teżerċita din is-sengħa u li għandha t-taħriġ meħtieġ. Il-Kodiċi tal-Pulizija jagħmilha ċara kristall li ħadd ma jista’ jaħdem is-sengħa ta’ bennej mingħajr liċenzja.
Fl-istqarrija, il-Kamra tal-Periti qalet li tistenna li l-Uffiċċju tar-Regolament tal-Bini (BRO) ma jippermettix li jitkompla xogħol ta’ kostruzzjoni fuq siti fejn il-bennej imqabbad mis-sid mhux fuq il-lista.
Wieħed jista’ jara din il-lista hawn taħt:
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/06/masons-list-1.pdf” title=”masons list”]