Raġel ta’ 29 sena mill-Isla qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara argument ma’ raġel ieħor ta’ 33 sena minn Bormla.
L-argument seħħ is-Sibt filgħaxija għal ħabta tad-disgħa u għoxrin, fi Triq il-Vitorja, l-Isla.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija juru kif ir-raġel ta’ 29 sena safa’ ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta waqt li kien f’appartament fl-Isla.
Ambulanza marret fuq il-post fejn ħadet lir-raġel ta’ 29 sena l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.