Il-Pulizija ġew imsejjħa fid-dar ta’ Boris Johnson u s-sieħba tiegħu wara li l-ġirien irrapurtaw li minn ġewwa djarhom kien qed jinstema’ argument jaħraq mimli għajjat u tisbit.
Il-ġirien ta’ Johnson qalu li semgħu s-sieħba tiegħu tgħajjat u tgħid biex iħalliha u jitlaq il’ barra minn darha.
Il-Pulizija Metropolitana fir-Renju Unit qalet li tkellmet ma’ dawk kollha li joqgħodu f’din id-dar u kulħadd jidher li jinsab qawwi u sħiħ.
Intqal kif f’dan il-każ ma hemmx il-bżonn ta’ azzjoni mill-Pulizija, filwaqt li kelliem għal Johnson ma riedx jikkumenta