Fil-Partit Nazzjonalista hemm sens ta’ nuqqas ta’ fiduċja.
Hekk qegħdin jiddeskrivu s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista sorsi fl-istess partit li tkellmu ma’ The Malta Independent.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista tkellmu dwar in-nuqqas ta’ fiduċja li hemm fil-Partit wara l-laqgħa tal-grupp parlamentari nazzjonalista li matulu aktar minn għaxar d-deputati talbu lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia sabiex jirrizenja u jerfa r-responsabilita politika jew jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu fil-kunsill ġenerali.
Dan għax Adrian Delia huwa l-Kap li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar zewġ telfiet elettorali.
Fl-ewwel laqgħa tal-grupp parlamentari, li saret it-tnejn tal-ġimgħa l-oħra, numru ta’ deputati nazzjonalisti qalu li jew Adrian Delia jew Clyde Puli għandhom jerfgħu r-responsabilita.
Iżda ġimgħa wara irrizenja Pierre Portelli minn Kap tal-midja tal-Partit nazzjonalista.
L-Independent irrappurtat li fil-laqgħa tal-grupp parlamentari ta’ din il-ġimgħa l-indikazzjonijiet urew li l-inkwiet għadu hemm u xejn ma ġie solvut.
Bis-sorsi fil-grupp Parlamentari qalu lil The Malta Independent li trid tintrefa xi forma ta’ responsabilita wara l-ikbar zewġ telfiet elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.
Fil-Laqgħa Delia ħareġ b’xi proposti fosthom li l-grupp parlamentari jibda jiltaqa’ darbtejn f’ġimgħa.
Madankollu, dawn il-proposti xejn ma nizlu tajjeb mad-deputati nazzjonalisti u jibqgħu jemmnu li Adrian Delia għandu jirrizenja, biex l-Partit Nazzjonalista ikun jista jimxi ‘l quddiem.