Hekk kif l-ewwel raġġi tax-xemx tas-sajf 2019 feġġew, il-kuridur ċentrali tat-tempju megalitiku tal-Imajdra kien kikaretterizzat minn dawl dehbien li għalih attendew bosta u ssaħħru b’dan il-fenomenu. Dan il-fenomenu magħruf bħala s-solstizju tas-sajf deher il-Ġimgħa filgħodu u kienu mhux biss il-Maltin li attendew għalih iżda anki ħafna turisti.
Għalkemm mhux magħruf b’ċertezza jekk dawn l-orjentazzjonijiet inbnewx b’intenzjoni, il-fatt jibqa’ li tant huma sistematiċi li huwa pjuttost probabbli li aktar minn ħames t’elef sena ilu dawn it-tempji inbnew b’tali mod li bir-raġġi tax-xemx jiġu osservati l-bidu tal-istaġuni.
“F’soċjetajiet preistoriċi agrikoli, l-osservazzjoni tal-movimenti tal-istilel, il-qamar u x-xemx setgħu kienu relatati mat-tibdil tal-istaġuni u maż-żmien taż- żriegħ u l-ħsad tal-ħxejjex”, tispjega Heritage Malta li se terġa’ tilqa’ n-nies daqshekk kmieni biex jaraw dan il-fenomenu fil-jum tas-Sibt.
Heritage Malta qalet li l-pubbliku jista’ jagħżel li jsegwi s-solstizju tas-sajf fit-tempji ta’ Ħaġar Qim jew tal-Mnajdra. Wara dan il-fenomenu, il-viżitaturi jistgħu jgawdu żjara bi gwida fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi, fosthom spettaklu 4D.