Fattiga ta’ tmienja u tletin sena mix-Xgħajra ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ ħames t’elef ewro wara li ġiet akkużata li ħebbet għall-pulizija li kienet tinsab xogħol f’fergħa ta’ bank.
Allegatament l-imputata Elizabeth Muscat beżżqet f’wiċċ il-kunstistabbli għaliex skont l-akkużata, il-pulizija tawwlet ilsienha.
Il-Qorti fehmet lill-akkużata l-kundizzjonijiet imposti fuqha u ordnat li uffiċjal tal-probation isegwi lil mara filwaqt li toħroġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-pulizija.