Erba’ rġiel qed jinżammu fil-kustodja tal-Awtoritajiet Olandiżi u mistennija jitressqu l-Qorti mixlija bi qtil b’rabta mal-attakk li sar fuq it-titjira MH17 ta’ Malaysia Airlines f’Lulju tal-2014.
L-investigaturi Olandiżi li qed imexxu l-każ se jixlu lil Igor Girkin, Serget Dubinskjy u Oleg Pulatov mir-Russja, kif ukoll lil Leonid Khachenko mill-Ukrajna, li sparaw fuq l-ajruplan tal-għamla Boeing meta kien fi triqtu minn Amsterdam għal Kuala Lumpur. Huma qed jinżammu mill-Awtoritajiet wara li nħareġ mandat internazzjonali ta’ arrest fil-konfront tagħhom.
Minuti wara l-attakk, l-ajruplan spiċċa ġġarraf fuq l-Ukrajna li dak iż-żmien kienet miżgħuda kunflitti bejn il-Gvern u l-avversarji tiegħu. Ħadd mill-mitejn tmienja u disgħin persuna abbord ma salva dan l-attakk. Il-każ fil-Qorti fl-Olanda kontra l-erba’ rġiel mistennij tibda f’Marzu li ġej.