Id-deputat Nazzjonalista mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Karol Aquilina spiċċa jiddefendi lil Manuel Delia f’kawża li kien fetaħ kontra l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista stess NET TV.
Dan qalu Pierre Portelli f’kitba fuq Facebook ftit tas-sigħat biss wara li rriżenja waqt waħda mill-aktar laqgħat imqanqal tal-kumitat eżekuttiv.
Fuq Facebook, Portelli sostna li bl-aġir tiegħu Karol Aquilina m’għandux mistħija.
Dlonk malli nkiteb il-messaġġ Portelli rċieva numru kbir ta’ messaġġi kontra d-deputat tas-Siġġiewi Karol Auqilina. Fost il-kummenti tan-Nazzjonalisti kien hemm kemm Karol Aquilina huwa oportunist u saħansitra kien hemm kumment ta’ persuna oħra li batet lil Aquilina u lil Busuttil jinħbew.