Raġel mill-Georgia li qal li m’għandux impjieg wieħed mhux ħati li kien involut ma’ grupp ta’ ħallelien li ilhom iwettqu serqiet madwar il-pajjiż minn Frar li għadda. Huwa kien akkużat ukoll li ftiehem ma’ dawn il-persuni biex iwettqu s-serqiet
Aliosha Amnadze, li għandu 24 sena, ċaħad li kien involut f’erba’ serqiet mill-Imsida, San Pawl il-Baħar u l-Fgura.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel spiċċa arrestat wara li ħidma delikata mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali. Huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u se jinżamm arrestat mill-Pulizija.