L-Awtorita’ tal-Ippjannar wettqet azzjonijiet ta’ infurzar fuq tmien siti irregolari li ngħataw permessi ta’ stalel barra żona tal-iżvilupp. Din hija prova oħra ta’ awtorita’ ġdida tal-Ippjanar li qed tiehu azzjoni wara snin ta’ Gvern Nazzjonalista li mhux talli approva żviluppi f’ODZ, imma saħansitra ħalla jseħħu abbużi flagranti mingħajr infurzar.
Il-ġurnal KullĦadd irrapporta kif fl-aħħar xhur l-awtorita’ tal-ipjannar bdiet b’eżerċizzju ta’ infurzar u minn spezzjonijiet illi saru rriżulta li kien hemm abbuż fuq permessi li ħarġu fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti. Fost dawn numru ta’ permessi biex jiġu żviluppati “stalel” li mbagħad spiċċaw jew f’residenzi u villel bil-pool, jew stabbilimenti kummerċjali.
Il-permessi oriġinali inħarġu għal stalel ta’ żwiemel izda l-applikanti b’mod abbużiv qalbu l-użu tal-post għal djar residenzjali jew post b’ użu kummerċjali. Il-permessi f’dawn il-kazi ingħataw fiż-żmien Gvern Nazzjonalista. L-istess Gvern li Simon Busuttil kien jagħmel parti minnu bħala l-id il-leminija ta’ Lawrence Gonzi dak iż-żmien Prim Ministru.
Jirriżulta li numru minn dawn is-siti f’ODZ ingħataw permess mgħaġġel mgħaġġel lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2008. L-istess permessi tħallew matul l-amministrazzjoni tal-PN bejn l-2008 u l-2013 jiġu trasformati f’vilel bis-swimming pool kif ukoll restoranti kummerċjali. Dwar dawn qatt ma ttieħdet azzjoni ħlief għall-Awtorita’ tal-Ippjanar il-ġdida li qed tagħmel xogħol ta’ infurzar qawwi.
Il-KullĦadd irrapporta kif sawn is-siti fl-aħħar jiem ġew imbarrati u ma jistgħux jiġu aċċessati mis-sidien. Inqatagħlhom ukoll is-servizzi tad-dawl.
Il-membri tal-infurzar fi ħdan l-awtorita tal-ipjannar sabu li kien hemm zewġ siti b’permessi ta’ stalel ta’ żwiemel li qed jintuzaw għal skop kummerċjali biex isiru ikliet bħal fenkati. Sit minnhom hija fil-lokalita ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Instab ukoll li hemm sitt siti irregolari bil-permess ta’ stalel imma kienu qed jintużaw għad-djar residenzjali. Dawn is-siti jinsabu F’Ħaż Żebbuġ, Ħal Għaxaq, Ħaz Żabbar u Marsaskala.