Raġel ta’ 41 sena tilef ħajtu traġikament wara li kmieni dalgħodu kien involut f’ħabta bil-mutur f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m. fi Triq il-Wied tal-Imsida. Il-vittma kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda CB500FA meta x’aktar tilef il-kontrol u b’konsegwenza t’hekk baqa’ dieħel fi trakk tal-għamla DAF li kien ipparkjat fl-istess triq.
Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei sabiex jassisti lill-vittma.
Sfortunatament is-sewwieq tal-mutur ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.